“IFFIRMA jekk trid NEQILBU mill-fliexken tal-plastik għal dawk tal-ħġieġ nerġgħu!” – Glen Ciantar kiteb dan u qasam filmat fejn jispjega kemm qed joħolqu problemi ta’ saħħa l-fliexken tal-plastik.
Glen isemmi fost l-oħrajn kif xi sitwazzjonijiet ta’ kanċer huma ħtija ta’ materjal ħażin non-stick. (u hawn jeskludi cast iron u stainless steel). “Dik ukoll tlabt li dawn jiġu ibbannjati… jien niskanta kif għadhom jidħlu fil-pajjiż.”
“Kif tiffirmaw (Idħlu HAWN), għandkom tirċievu email ta’ konferma fuq l-email li daħħaltu u agħmlu accept. IMPORTANTI. Jekk issibu xi problema, faċli, ikkuntatjawhom, żewġ sekondi kollox, però tħallux din taħrabilkom.”
Araw aktar fil-filmat.