“Kieku Llum Kont Tagħlaq 63 Sena, Għażiż Ħija… Kemm Tlaqt Kmieni Jaħasra Minn Did-Dinja!” – Ivan Grech

Il-kantant lokali Ivan Grech illum fakkar il-memorja ta’ ħuh li sfortunatament kien ħalla din id-dinja snin ilu meta kellu biss 24 sena.

“Kieku llum qed tiċċelebra it-63 sena tiegħek, għażiż ħija,” kiteb Ivan fejn sostna li matul dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna mumenti li xtaq li jkun jista’ jaqsam ma’ ħuh iżda b’dispjaċir ma setax.

Stqarr li madankollu ħuh dejjem kien fi ħsiebu u allura jħoss li fil-verità dejjem baqa’ miegħu.

“Għalkemm mill-bogħod, se nibqa’ nagħmel li nista’ sabiex nonora l-memorja tiegħek,” temm jikteb il-kantant lokali b’tifkira tal-memorja ta’ ħuh.



Jistrieħ fis-sliem!





Ritratti:

Facebook / Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI