Il-Malta Eurovision Jinsab Ftit Jiem ‘Il Bogħod – L-Ispettaklu Bħas-Snin Ta’ Qabel Hu Mistenni Mill-Maltin U Mill-Barranin

Il-Malta Eurovision Song Contest se jkun qed iseħħ fil-15 u s-17 ta’ Jannar, b’żewġ iljieli mistennija mimlija mużika, talent u spettaklu. Is-semi-finali se jsir nhar il-15 ta’ Jannar, fejn 18-il kanzunetta se jikkompetu bejniethom, bi 12 biss se jgħaddu għall-finali li se ssir nhar is-Sibt 17 ta’ Jannar.

Min se jirbaħ din l-edizzjoni se jkollu l-unur li jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li din is-sena se jsir fi Vienna, l-Awstrija.

L-artisti u l-kanzunetti li qed jikkompetu fis-semi-finali huma:

  • Franklin – Guide You Home
  • Chess Galea – Shout It Out
  • Liston – Mela
  • Kurt Anthony – On The Borderline
  • Stefan Galea – Pose
  • Ema – Achikuku (Don’t Think About It)
  • Kelsy Attard – Perfectly Broken
  • Adria Twins – Nerġa’ Nqum
  • Kelsie Borg – Let A Girl Breathe
  • Matthew Cilia & The AfterParty – Brutality Mentality
  • Matt BLXCK – Ejja Lejja Ħdejja ‘L Hawn (The Flute)
  • Rhiannon Micallef – Hold Myself Up
  • Mychael Bartolo Chircop – My Sweet Angel
  • AIDAN – Bella
  • Denise – Trophy
  • Nathan Psaila – Ganador
  • Mark Anthony Bartolo – Mumenti Sbieħ
  • Janice Mangion – Univers

Il-biljetti għall-ispettaklu tal-ġimgħa d-dieħla qegħdin għall-bejgħ u jistgħu jinxtraw minn dan is-sit:
showshappening.com/Public-Broadcasting-Services-Limited/Malta-Eurovision-Song-Contest-2026

Id-domanda hi waħda qawwija u l-biljetti qed jinbiegħu b’ritmu mgħaġġel, għalhekk huwa rakkomandat li wieħed ma jdumx biex jiżgura post għal dan l-avveniment tant mistenni. Avveniment li mistenni joffri spettaklu mill-isbaħ, kemm għal dawk li se jattendu kif ukoll għal dawk li jiddeċiedu li jsegwu mid-dar.

Ġie mħabbar ukoll it-trio li se jmexxi l-ispettaklu ta’ din is-sena jinkludi, ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision tal-2013 u l-2025 Gaia Cauchi u Destiny Chukunyere, flimkien mal-peżentatur maħbub Keane Cutajar.

Din il-kombinazzjoni ġiet milqugħa tajjeb ħafna mill-pubbliku, b’ħafna jesprimu l-entużjażmu u kurżità biex jarawhom jaħdmu flimkien fuq il-palk. Destiny u Gaia huma uċuħ li huma familjari mal-udjenza internazzjonali wkoll, u b’hekk dan ħoloq ċertu interess fost il-komunità tas-segwaċi ta’ dan il-festival.

Fost il-mistiedna għall-festival ta’ din is-sena insibu lil Baby Lasagna li kiseb it-tieni post fil-Eurovision Song Contest għall-Kroazja bil-kanzunetta Rim Tim Tagi Dim fl-2024 u Tommy Cash li kiseb popolarità kbira f’pajjiżna grazzi għall-kanzunetta tiegħu Espresso Macchiato li biha rrappreżenta lill-Estonja fl-2025.

Żewġ artisti li kisbu suċċess bil-kanzunetti li ppreżentaw fil-Eurovision Song Contest u l-kanzunetti tagħhom għamlu suċċess anke f’pajjiżna, fejn kellna ċ-ċans li nisimgħuhom f’diversi avvenimenti. Żgur li l-preżenza tagħhom hija mistennija ferm f’pajjiżna.

Il-filmati u r-ritratti minn wara l-kwinti wrew li hemm sinerġija mill-isbaħ bejniethom u ċertament li din l-enerġija se tasal għand il-poplu li se jkun qed isegwi.

B’format dinamiku, talent lokali b’saħħtu u preżentazzjoni li qed tqajjem aspettattivi kbar, il-Festival Kanzunetta tal-Eurovision Malta 2026 qed iwiegħed li jkun wieħed mill-aktar avvenimenti mużikali segwiti tas-sena.







Ritratti:

Facebook / Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI