Permezz ta kitba fuq il-paġna tagħhom, Koperattiva Rurali Manikata laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Lily, ngħaġa li twieldetu għixet dejjem ir-razzett.
Huma qalu, “Illum ha nlaqqgħukom ma Lilly. Twieldet ir-Razzett fil-5 ta’ Novembru 2015, u minn dakinhar ’l hawn dejjem kienet parti mill-ħajja tar-razzett. Lilly hi mansa u dħulija. Mhijiex waħda li tagħmel storbju jew tfittex l-attenzjoni, imma ħafna drabi tkun fil-qrib, tosserva u żżomm għajnejha fuq dak li jkun qed jiġri.”
Żiedu, “Tul is-snin, Lilly dejjem kellha istint matern. Dejjem ħadet ħsieb sew il-ħrief tagħha, u ħafna drabi wkoll il-ħrief tal-oħrajn. Meta twieldu l-gidjien ta’ Nina, kienet tkun qrib tagħhom u tipproteġihom, kif tagħmel b’mod naturali. U meta tara l-kalma u l-ġentilezza tagħha, kif tista’ ma tħobbx lil Lilly?”