Fuq il-mezzi soċjali tiegħi, is-sindku tal-Belt Valletta ħabbar, “Bi pjaċir għadni kif iffirmajt il-kuntratt sabiex jibda minnufih ix-xogħol fuq il-faċċata tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu. B’impenn u ħafna xogħol wasalna wkoll.”
Hu jkompli billi jgħid, “Nixtieq nirringrazzja lill-Arċipriet li ħdimna pass pass flimkien sabiex wasalna s’hawn, kif ukoll lill-Ministru Owen Bonnici tal-gwida u l-impenn kontinwu tiegħu fil-qasam tar-restawr u l-patrimonju.”
Hu jżid, ‘Grazzi wkoll lil Alfred Żammit, Viċi Sindku, li bqajna naħdmu id f’id biex dan il-proġett isir realtà,lil għaqdiet kollha ta’ San Pawl għal gwida u laqgħat li kellna flimkien. It-twettiq ta’ dan il-proġett se jkun taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura sabiex jiġi żgurat restawr professjonali, sostenibbli u li jħares il-valur storiku ta’ din il-faċċata.”
Is-Sindku jtemm, “B’ħidma konġunta u viżjoni ċara, inkomplu ninvestu fil-Belt u fil-wirt tagħha b’riżultati tanġibbli.”
Facebook / Olaf McKay