Kontrolli Tal-Pulizija Fil-Marsa Kontra Xogħol Illegali  – 35 Persuna Miżmuma!

Il-Pulizija żammet 35 persuna arrestati wara operazzjoni li saret fil-Marsa. L-arresti seħħew wara rondi spontanji f’diversi lokalitajiet magħrufa li jintużaw għat-tlajjar għal skopijiet ta’ xogħol illegali, kif ukoll permezz ta’ spezzjonijiet fuq it-trasport pubbliku.



Waqt dawn il-kontrolli, il-Pulizija sabet numru ta’ persuni mingħajr permess ta’ residenza f’Malta, f’ċirkostanzi li jindikaw li kienu fil-pajjiż għal skopijiet ta’ xogħol bi ksur tal-Att dwar l-Immigrazzjoni.



Dawn l-ispezzjonijiet huma parti minn ħidma kontinwa li bdiet kmieni fl-2025 u li mistennija tkompli tintensifika fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Fl-operazzjoni, il-Pulizija kienet assistita minn uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI