Puttinu Cares fuq il-mezzi soċjali tagħhom sellmu lil Michelle, mara ta’ kollega tagħhom. Huma kitbu, “Kondoljanzi sinċieri lill-kollega tagħna David Debattista għat-telfa tal-għażiża martu Michelle, li ħallietna fl-età ta’ 55 sena. Michelle kellha tmur l-Ingilterra darbtejn għall-kura, u kull darba qattgħet madwar xahrejn fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares, li għal ħafna familji Maltin u Għawdxin isiru home away from home waqt żmien diffiċli.”
Huma jżidu, “B’ġest ta’ ġenerożità kbira, David għażel li jagħmel donazzjoni lil Puttinu Cares b’ġieħ Michelle. Napprezzaw ħafna li anke f’mumenti ta’ niket bħal dawn, familji jaħsbu f’oħrajn. Dan huwa ġest li jfakkarna kemm huwa sabih s-solidarjetà u mħabba lejn xulxin. Inżommu lil David u lill-familja kollha fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli.”
Insellmu l-memorja tal-għażiża Michelle u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil David u l-familjari kollha tagħha. Nittamaw li jsibu l-faraġ f’dan il-mument diffiċli!