Illum jiċċelebra għeluq sninu Adrian ir-Russu Brincat, il-mużiċist lokali magħruf għad-daqq tat-trumbetta. Lil Adrian żgur li niftakruh f’programm televiżivi kif ukoll diversi avvenimenti mużikali.
Propju fil-bidu ta’ dan ix-xahar, Adrian u martu ċċelebraw jum għeluq snin binhom Maximillian. Dan ifisser li l-missier u l-iben jagħlqu żmienhom fl-istess xahar.
Adrian esprima ringrazzjament għal kull min awguralu f’dan il-jum.
“Illum jum għeluq il-50 sena tiegħi. ‘Nofs Seklu’. Grazzi lilkom ilkoll talli ħsibtu fija u bgħattuli l-awgurju f’għeluq snini. Se nqatta’ l-ġurnata mal-għażiża familja tiegħi.”
It-tim ta’ Gwida.mt jawguralek Adrian! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Adrian Irrussu Brincat