L-MCAST qed twissi lill-istudenti tagħha sabiex joqogħdu attenti, hekk kif bħalissa xi frodisti qed jibagħtu imejls foloz u qarrieqa li fihom qed jitolbu lill-istudenti jħallsu kont ta’ €550.
Dawn l-imejls jidhru li huma mmirati direttament lejn l-istudenti ta’ din l-istituzzjoni edukattiva. L-MCAST semmiet li, min-naħa tagħha, bagħtet ukoll imejl lil kull student u studenta sabiex joqogħdu attenti u ma jisfawx vittmi ta’ dan l-attentat ta’ frodi.
F’dan l-imejl frawdolenti, l-istudenti tal-MCAST qed jiġu mistiedna jħallsu kont ta’ €550, tant li fl-imejl innifsu hemm ukoll dettalji ta’ kont bankarju. Il-frodisti jheddu wkoll li jieħdu azzjoni jekk l-istudent ma jħallasx il-miżata.
Facebook / MCAST u Pexels