Kliem ta’ ringrazzjament għas-sagrifiċċji, l-appoġġ kontinwu u l-valuri li dejjem għaddielu tul il-mixja tiegħu.
F’messaġġ mimli emozzjoni u apprezzament, il-Ministru Silvio Schembri qasam dan il-kliem mill-qalb lil missieru, John Schembri, f’jum għeluq sninu. Messaġġ li laqat qalb ħafna, hekk kif enfasizza fuq is-sagrifiċċji li l-ħajja politika ġġib magħha u l-importanza tal-appoġġ tal-familja matul dan il-vjaġġ.
Fil-kitba tiegħu, Schembri stqarr li l-politika titlob ħafna sagrifiċċji, iżda meta wieħed jiltaqa’ ma’ kapaċità ta’ determinazzjoni u dedikazzjoni lejn il-ġid ta’ pajjiżu, kollox isir aktar sinifikanti. Huwa rringrazzja lil missieru għall-imħabba, ir-rispett u s-sapport kontinwu li dejjem wera lejn il-familja kollha.
Il-Ministru faħħar ukoll il-valuri li missieru għaddielu matul is-snin, fosthom l-onestà, il-pariri sinċieri u l-għajnuna f’mumenti kruċjali; valuri li, skontu, kienu pedament importanti fil-mixja personali u professjonali tiegħu.
B’ton sempliċi iżda sinfikanti, Schembri temm il-messaġġ tiegħu b’awguri sbieħ lil missieru f’dan il-jum speċjali, waqt li awguralu sena oħra mimlija saħħa, serenità u mħabba.
Facebook/ Silvio Schembri