“Kien Propju Bħal-Lum Sitt Snin Ilu Li Ħallejtna George Għal Ħajja Aħjar… Strieħ Fis-Sliem Ħi” – Mario Micallef

Mario Micallef

Għaddew sitt snin minn meta ħalla din id-dinja l-attur maħbub, George Micallef, li kien magħruf sew fix-xena lokali.

Kien ħa sehem f’produzzjonijiet bħal L-Aħwa Scicluna Briffa, Dejjem Tiegħek Becky, KC, One Star Hotel, Il-Madonna Taċ-Ċoqqa, u Fredu l-Fra. George kien jinqala’ biex anke jnissel tbissima fost is-segwaċi.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien ħuh l-attur Mario Micallef, li kien anke fl-istess kast ta’ George fil-passat, fosthom One Star Hotel it-tieni staġun.

“Kif itir iż-żmien. Kien propju bħal-lum sitt snin ilu li ħallejtna George għal ħajja aħjar. Dejjem tibqa f’qalbna u f’talbna. Ibqa hu ħsieb il-familji tagħna kollha minn ħdejn il-Mulej. Sa ma nergħu niltaqgħu, kompli strieħ fis-sliem ħi.”

Mario jfakkar il-memorja ta’ ħuh b’imħabba u ammirazzjoni kbira. Insellmulek George. Tibqa’ għal dejjem f’qalbna, u nibqgħu niftakru fik speċjalment meta nsegwu xi produzzjoni fejn ħadt sehem int.







Ritratti:

Facebook/ Mario Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI