Il-preżentatur tar-radju Luca Lorenzo qasam fuq il-midja soċjali mument li kien wieħed li ħalla impatt illum. Ġest sempliċi ħafna li rnexxielu jgħinu jkollu burdata aħjar.
Luca jistqarr li llum beda l-ġurnata burdata daqsxejn ħażina, u kien propju episodju fit-triq li għenu jaqleb għal burdata tajba.
“Imbagħad, jien u nsuq, ċedejt lil anzjan biex jaqsam wara li kulħadd injorah. Qalli ‘thank you’ meta ċedejtlu u ‘thank you’ meta qasam u dik dawritli l-burdata, u tani l-ħeġġa biex immur naħdem u ndawwar il-burdata ta’ ħaddieħor!”
Minn dan l-episodju li kellu Luca jappella lil ħaddieħir biex ma joqgħodx lura milli jagħmel xi ġest sabiħ, anke jekk sempliċi, żgħir u komuni. Jekk tista’ tagħmilha int, agħmilha. Għax f’dinja mimlija AI, l-umanità tibqa’ wisq sabiħa.”