Fuq is-siti tat-temp ta’ Sqallija, tħabbar yellow warning ġdid għal għada l-Erbgħa ta’ Frar, minħabba maltemp qawwi li mistenni jolqot diversi żoni madwar il-gżira. Skont it-tbassir, il-kundizzjonijiet tat-temp se jkunu kkaratterizzati minn riħ qawwi, mewġ għoli, kif ukoll xita qalila u persistenti, li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fit-toroq u żoni kostali.
L-awtoritajiet qed iħeġġu lill-pubbliku biex jieħu prekawzjonijiet, jevita vjaġġi mhux neċessarji waqt l-aktar perjodi intensi tal-maltemp, u jsegwi l-aġġornamenti uffiċjali tat-temp.
L-aħħar yellow warning li kellha Sqallija, kienet irriżultat fi skejjel magħluqin u konsegwenzi kbar minħabba storm Harry. Dan l-istess ċiklun kien laqat lil gżiritna u ħalla ħerba warajh. Tgħid se jerġa jolqotna dan il-maltemp imbassar fi Sqallija?
Facebook / La Sicilia