“Tinħasdux… Provajt Inkun Amber U Vice Versa!… Xħin Rajna Lil Xulxin Konna Ħa Mmutu” – Glen Vella

Glen u Amber

Il-kantanti bravissimi Glen u Amber għadhom kif nedew kanzunetta ġdida flimkien, u llum Glen qasam xi mumenti minn wara l-kwinti.

Mument partikolari meta Glen u Amber libsu ta’ xulxin u r-reazzjonijiet tas-segwaċi tagħhom ma naqsux. Glen kiteb, “Tinħasdux… Provajt nkun Amber u vice-versa!… Ħa naqsam makom naqa ritratti ta’ waħda mix-xeni li kelna tal-vidjow mużikali li dakinhar, x’ħin rajna lil xulxin konna ha mmutu.”

Glen jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn l-appoġġ li dejjem juruhom in-nies, partikolarment wara r-rilaxx tal-kanzunetta Issa Naraw.

X’taħsbu mid-dehriet ta’ Glen u Amber b’differenza?







Ritratti:

Facebook/ Glen Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI