Nhar l-Erbgħa li ġej se jkun qed jiġi inawgurat b’mod uffiċjali l-bust skolpit mill-bravissimu Indri Attard tal-mibki Pawlu Curmi magħruf minn ħafna bħala l-Pampalun.
In-neputi tiegħu George Curmi magħruf bħala l-Puse stieden lil kulħadd sabiex jattendi “għal dan il-mument storiku”.
L-inawgurazzjoni ta’ dan il-bust mistennija sseħħ fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival li għaddejjin bħalissa u li se jkunu qed jilħqu l-qofol tagħhom fil-jiem li ġejjin.
Sfortunatament il-Pampalun kien ħalla din id-dinja fit-8 ta’ Novembru tal-2023.
Dan il-bust se jkun qed jiġi inawgurat fis-13:30 fi Ġnien Peacock ġewwa l-Belt Valletta.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Indri Attard u Joseph Amodio