Turist Jinqabad Fil-Fatt Inaqqax In-Numri Fuq Il-Ġebel Tat-Tempji Tal-Ġgantija

Turist Ungariż ta’ 30 sena li kien qiegħed btala f’pajjiżna nqabad fil-fatt inaqqax in-numri fuq waħda mill-ġebliet li hemm fit-tempji tal-Ġgantija.

Is-sit Times of Malta semma kif it-turist ġie arrestat fil-pront minħabba dan l-att ta’ vandaliżmu bil-ħsara kkawżata s’issa jidher li b’xorti tajba m’hijiex waħda estensiva.

Din m’hijiex l-ewwel darba li t-tempji tal-Ġgantija sabu rwieħhom fiċ-ċentru tal-attenzjoni minħabba l-istess raġuni. Dan hekk kif lura f’Marzu tal-2023 żagħżugħ Taljan ta’ 18-il sena kien instab ħati li vvandalizza l-istess tempji u fost oħrajn ġie mmultat €15,000.







Ritratti:

Facebook / Ġgantija Archaeological Park World Heritage Site u ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI