Illum, f’Jum San Pawl, l-ERA ħarġu messaġġ li jqajjem iżjed għarfien dwar is-sriep ta’ Malta. Spjegaw li dawn huma protetti mil-liġi.
Fuq il-paġna tagħhom kitbu, “Illum, f’Jum San Pawl, ħafna drabi jissemmew is-sriep minħabba l-istorja tan-nawfraġju — iżda hija wkoll okkażjoni tajba biex naqsmu xi fatti importanti: Is-sriep Maltin huma protetti. Mhumiex velenużi għall-bnedmin. Huma fil-periklu u għandhom rwol importanti fl-ekosistema tagħna. Is-sriep ġeneralment jevitaw il-bniedem u jiddefendu ruħhom biss jekk iħossuhom mhedda.”
Żiedu jgħidu, “Għas-sigurtà ta’ kulħadd — inkluż tagħhom — żomm id-distanza u tippruvax taqbadhom. Ir-rispett lejn il-ħajja selvaġġa jgħin fil-ħarsien tal-wirt naturali ta’ Malta.”
Tajjeb niftakru nieħdu ħsieb l-ambjent, għaliex kull kreatura jistħoqqilha tgħix.
Facebook / ERA – Environment & Resources Authority