Ilbieraħ l-Isqof Għawdxi Anton Theuma qaddes quddiesa fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex flimkien mal-familjari ta’ Ġużeppi Attard, anzjan li fil-jiem ta’ qabel kellu x-xorti jiċċelebra l-100 sena tiegħu.
Preżenti kien hemm ukoll uħud mir-residenti li jgħammru fl-istess ward kif ukoll xi ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Bosta kienu dawk li awguraw fuq il-midja soċjali lil Ġużeppi iżjed snin ta’ saħħa.
Facebook / Xagħra Parish