Se Jibda Proċess Biex Mediċini Tal-Kanċer Jibdew Jitwasslu Bid-Drones Minn Mater Dei Għall-Isptar Ġenerali Ta’ Għawdex

Għadu kif tħabbar proċess li se jwassal sabiex mediċini tal-kanċer ikunu fost dawk li jiġu trasferiti minn Mater Dei għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz tad-drones.

Il-Ministru għas-Saħħa Joe Etienne Abela ħabbar dan xi sigħat ilu u ddeskriva dan il-pass fil-qasam tas-saħħa bħala wieħed “storiku”.

Fisser kif permezz ta’ dawn id-drones għexieren ta’ pazjenti Għawdxin mhux se jkollhom għalfejn jivjaġġaw lejn Malta kull darba sabiex jieħdu l-mediċina għall-kanċer.

Spjega li d-drones se jkunu qed jgħinu wkoll sabiex jiġu trasferiti f’ħin iqsar kampjuni tad-demm u tessuti u għaldaqstant testijiet importanti ferm se jkunu jistgħu jiġi konklużi b’mod iżjed spedit.







Ritratti:

Wikipedia / Mater Dei Hospital u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI