Toħroġ Twissija Oħra Ta’ Riħ Qawwi

F’dawn il-jiem iddominati minn riħ qawwi,  l-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija oħra minħabba riħ qawwi. Din it-twissija tibqa’ valida sal-10pm.

Ir-riħ mistenni jonfoħ mil-Lbiċ u aktar tard idur għall-Majjistral, b’qawwa li tista’ tilħaq livelli qawwija f’ċerti ħinijiet, speċjalment fuq l-inħawi esposti tal-Gżejjer Maltin.

Għal-lum, it-temp se jkun imħallat b’ħalbiet ta’ xita minn żmien għal żmien. It-temperatura massima mistennija tilħaq il-15-il grad, filwaqt li l-inqas tinżel għal 11-il grad.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI