Clifford Galea fuq il-mezzi soċjali tiegħu jagħmel dikjarazzjoni sorprendenti. Hu jistqarr, “Jien bniedem imħabbat. Nidħol f’kollox. Hekk nieħu gost. Imma se nammetti li nħossni waħdi ħafna drabi. Ma qsamtha qatt din!”
Hu jżid, “In-nies jaħsbuni li m’għandix ċans. Insib ħin għal kollox u ġieli nispiċċa nipprova nuri li ‘ara kemm għandi ħin.’ Hekk hu fil-verità. Xorta kapaċi nsib ħin għalik u għal min ikollu bżonni. Ħin biex inlesti li dak li suppost jagħmel ħaddieħor u ma jlestiehx. Ħin biex niltaqa’, nisma’, inparla u x’ma nafx iżjed.”
Ma’ dan jgħid ukoll, “Hemm min jgħidli li nagħmel ħażin li nkun ‘available’ dejjem u f’kull ħin. Imma m’għandix ħin biex nipprova nilgħab stil mod ieħor. Dak hu jien. Tgħannieqa.”
X’taħsbu dwar dan?
Facebook / Clifford Galea