“Meta Kien Ikun Fuq Il-Palk Bħala Maestro Kien Itik Dik Il-Ħarsa Ta’ Kuraġġ Biex Jgħidlek Li Sejra Tajba” – Ira Losco

L-aħbar li ħalla din id-dinja l-Maestro Aurelio Belli fl-età ta’ 49 sena ħalliet lil bosta maħsuda, b’mod partikolari lil dawk li kienu qrib tiegħu jew li xi darba kellhom il-privileġġ li jaħdmu miegħu.

Mat-tim ta’ Popolin tkellmu għadd ta’ personalitajiet Maltin fosthom il-kantanta Ira Losco. Hi tfisser kif waħda mill-isbaħ memorji li għandha tal-Maestro hi meta t-tnejn kienu jkunu qiegħdin fuq il-palk u filwaqt li Aurelio kien ikun qiegħed jidderiġi l-orkestra, kien jagħtiha dik il-ħarsa ta’ sapport sabiex juriha li sejra tajjeb fil-prestazzjoni tagħha.

Tkellem ukoll il-kantant Kurt Calleja. Hu sostna li matul il-karriera tiegħu ma rax ħlief sapport mingħand Aurelio. Saħaq li l-pariri tiegħu dejjem kienu siewja għalih hekk kif il-Maestro kien dejjem jagħtih kritika kostruttiva.

Imbikkem u kważi bla kliem tkellem ukoll Pawlu Borg Boanci. Pawlu stqarr li ma setax jemmen meta sema’ bl-aħbar li l-Maestro Aurelio Belli kien ħalla din id-dinja.



Strieħ fis-sliem, Aurelio!





Ritratti:

Facebook / Popolin u Aurelio Belli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI