Wara bosta ġimgħat, fl-aħħar wasalna biex insiru nafu min ser ikun ir-rebbieħ tal-ħames staġun ta’ X Factor Malta. Din is-sena kienet edizzjoni speċjali hekk kif il-parteċipanti kienu kollha parteċipanti li ħadu sehem fl-edizzjonijiet passati. It-talent kien wieħed kbir, u issa fadal biss 4 finalisti.
Lisa, Miguel, Amelia u Jasmine huma l-4 finalisti wara li aktar kmieni din il-ġimgħa nqalgħu mill-kompetizzjoni Shanice kif ukoll Lapes u Nadine.
Illejla tistgħu ssegwu l-finali tal-ħames staġun ta’ X Factor Malta fid-20:45 fuq TVM.
Min taħsbu li ser jirbaħ?
Facebook/X Factor Malta