Illum Ingħatat L-Aħħar Tislima Lil Julian Attard

Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Julian Attard li ħalla din id-dinja riċentament. Bosta nies sellmu l-memorja tiegħu permezz ta’ kitbiet fuq il-midja soċjali. Is-Sindku Olaf McKay qal, “Bħalissa ġejna nagħtu l-aħħar tislima lil Julian Attard l-Floriana. Kuraġġ lill-familja kollha f’dan il-mument diffiċli. Jistrieħ fis-Sliem.”



Kevin Borg qal, “Illum ġejna nagħtuk l-aħħar tislima Julian. Ma kienx hemm fejn toqgħod persuna oħra ġewwa l-knisja ta’ San Publiju, tant li anke nies barra kien hemm. Ma kienet faċli xejn inkanta għax int ħabib tagħna iżda sibt is-saħħa u għamilt sforz sabiex nagħtuk tislima xierqa. Kondoljanzi Minn Qalbi lill-familja u ħbieb kollha ta Julian. Strieħ Fis-Sliem Ħabib.”



Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI