Il-Programm Fixfixow Se Jibda Jixxandar F’Ġurnata U Ħin Differenti

il-programm lokali tant maħbub, Fixfixow, iħabbar li se jibda jixxandar f’ġurnata u ħin differenti. Qabel, kien qed jidher fuq it-TVM kull nhar ta’ Ġimgħa, fl-għaxra u kwart ta’ filgħaxija.

Mill-Ħadd 8 ta’ Marzu, se jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħadd, fid-disgħa nieqes kwart ta’ billejl. “għax Ħadd wara Ħadd, tasal għand kulħadd,” jiktbu fuq il-paġna biex inisslu tbissima fuq fomm is-segwaċi tagħhom.



Din l-aħbar irċeviet diversi kummenti pożittivi għaliex jidher li dan il-ħin ġdid iktar kmieni, qed jiġi preferut mis-segwaċi tal-programm. Dan għaliex bosta persuni fil-kummenti saħqu li kienu qed jorqdu tard jew jispiċċaw jarawh ‘on demand’, u għalhekk jippreferu ħin iktar kmieni.



Prosit immens għal dan il-programm sabiħ, aħna ħerqanin biex naraw iktar episodji!



Ritratti:

Facebook / Fixfixow

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI