“Għaddiet Għall-Ħajja Ta’ Dejjem, Maria Smith” – Oliver Fuq Il-Paġna ‘Malta, News, Photos And People’

Fuq il-paġna ‘Malta, News, Photos, and People’ jikteb Oliver isellem il-memorja ta’ Maria Smith.

Hu kiteb, “Ilbieraħ filgħaxija sirt naf illi, sfortunatament, għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem, Maria Smith, jew kif inhija magħrufa fost il-komunità Balzanija, “Marija tal-Qtates”. Lil Maria dejjem sibtha punt ta’ riferiment mill-iżjed affidabbli f’dak kollu li jirrigwarda l-għalf tal-qtates ġewwa l-lokal. Ukoll, ma ninsiex is-sens ta’ akkoljenza tagħha kull meta ħabbatt fuq il-bieb ta’ darha. Ninsab ċert li issa, Maria se tirċievi l-premju etern ta’ kemm serviet ta’ forċina għal dawk il-ħlejqiet illi m’għandhomx vuċi. L-aħħar tislima lil oħtna Maria Smith se tingħata nhar it-Tnejn 23 ta’ Frar fit-8:30 ta’ filgħodu ġewwa l-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan. Requiescat in pace.”



Il-qalb tad-deheb tagħha ma tintesa qatt. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi. It-tbissima fuq fommha f’dan ir-ritratt tixhed il-ferħ li kienet tagħtiha l-għajnuna li tagħti minn qalbha lil dawk il-qtates.





Ritratti:

Facebook / Malta, News, Photos, and People

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI