Illum huwa jum speċjali għall-attur lokali Clayton Pace hekk kif jagħlaq 36 sena u ma setax jonqos li jkun imfakkar kif jixraq.
Magħruf għat-talent tiegħu kemm fuq il-palk kif ukoll quddiem il-kameras, Clayton mhux biss bena karriera artistika solida, iżda sar ukoll figura ta’ ispirazzjoni għal ħafna żgħażagħ li jixtiequ jimxu fuq il-passi tiegħu. Barra mix-xogħol tiegħu ta’ attur, hu jmexxi l-iskola Mixta, fejn b’dedikazzjoni kbira jrawwem u jħarreġ talent ġdid fid-dinja tal-ispettaklu.
F’messaġġ mimli apprezzament, Mixta awguratlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali, filwaqt li faħħret il-passjoni, l-enerġija u l-impenn kontinwu tiegħu lejn l-istudenti u l-arti.
Bla dubju, dan mhux biss għeluq snin ieħor, iżda ċelebrazzjoni ta’ persuna li tkompli tħalli marka pożittiva fix-xena artistika Maltija. Nawgurawlu sena oħra mimlija suċċessi u proġetti ġodda!
Facebook / Clayton Pace