Fis-17 ta’ Awwissu, SummerDaze, flimkien ma’ Radio m2o, se jwasslu serata mimlija mużika b’wirjiet live ta’ artisti popolari bħal Sfera Ebbasta, Kid Yugi, u Clara.
Se jkun hemm anke spettaklu ta’ Vida Loca, segwit minn wirja ta’ DJ Albertino, u l-kbir Bob Sinclar bħala headliner, appoġġjat minn DJ Hellen.
Dan l-avveniment huwa wieħed li m’għandekx titlef, speċjalment għal dawk li jixtiequ jtemmu ġimgħa ta’ mużika, żfin u divertiment memorabbli ma’ SummerDaze.
Il-biljetti se jinbiegħu għal €10 kull avveniment, u jinkludu wkoll tazza tal-plastik li tista’ terġa’ tintuża tul il-festival. Ħa jkun hemm ukoll merchandise tal-festival li se jingħata b’xejn waqt l-avveniment.
Biex issegwi aktar dwar dan u għall-biljetti, dawn huma d-dettalji:
- Sit uffiċjali: www.summerdazemalta.com
- Email: hello@summerdazemalta.com
- Ċempel: +356 99242481

Facebook/ SummerDaze Malta