Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force staqsew għall-għajnuna tal-publiku ġenerali hekk kif persuna qed tiġi mfittxija minnhom.
Huma bdew billi qalu, “Ġentilment ninfurmawkom li Tawfik Mohamed Ab Maktouf għadu qed jiġi mfittex fuq Ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 36/2025.”
Facebook/The Malta Police Force