Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħalliena r-raġel tant maħbub li kien magħruf bħala l-Kuku. Fost ħafna kummenti ta’ kondoljanzi, Natius Farrugia kiteb post emozzjonanti dwar Il-Kuku.
“Il-Kuku telaqna ukoll,” hu kiteb. “Ippruvajt insib ritratt flimkien li ħadna żgur imma ma rnexxieliex insibu. “Strieħ fis-sliem.”
“Żgur li ltqajt mal-għażiża martek Tessie li ħallietna ħafna qablek. Min jaf kemm int ferħan f’post aħjar mill-ħajja ta’ din id-dinja. Komplejt trabbi lit-tlett ulied bl-akbar għożża u rispett. Għandek mertu quddiem il-Kbir Alla.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb.
Facebook / Natius Farrugia