“Illum Kieku Kont Tagħlaq 72 Sena. Nimmisjak Ħafna Pa” – Glen Vella

Illum kien ikun għeluq snin missier Glen kieku kien għadu magħna. Propju llum kien jagħlaq 72 sena, u Glen kiteb messaġġ emozzjonali b’dedikazzjoni lejh fuq Facebook.

“Is-2am u ma nistax norqod, qed naħseb fik aktar minn qatt qabel din il-lejl,” hu kiteb. “Huwa għeluq sninek Pa, kieku llum kont tagħlaq 72 sena. Xi drabi xorta ma nistax nemmen. Nimmisjak ħafna Pa.”

“Tal-inqas għandi ritratti u vidjows x’nara u ngħożż dawn il-mumenti speċjali li għaddejna minnhom flimkien. Nispera li tinsab f’post aħjar u jekk jogħġbok kompli ħarisna u kompli għinni kif dejjem tagħmel. Pa nħobbok int fejn int.”







Ritratti:

Facebook / Glen Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI