Ixxerja
Qattusa sabiħa ta’ sitt xhur jisimha Rosie bħalissa qed tfittex dar ġdida u familja li tagħtiha l-imħabba u l-kura li jixirqilha.
Rosie hija qattusa bi tliet kuluri mill-isbaħ u b’karattru ġentili ħafna, li bla ma trid issir tħobb mill-ewwel.
Skont dawk li qed jieħdu ħsiebha, hija għandha personalità ħelwa u dħulija. Tħobb toqgħod għar-ritratti.
Il-qattusa hija diġà neutralised u mlaqqma, u tinsab lesta biex tibda kapitlu ġdid ma’ familja li tilqagħha fid-dar tagħha.
Minbarra n-natura affettuża tagħha, Rosie hija wkoll kurjuża u kalma, kwalitajiet li jagħmluha kumpanija ideali għal min qed ifittex pet li jġib ferħ u serenità fid-dar.
Filwaqt li Rosie qed tistenna li ssib id-dar għal dejjem, hemm ukoll diversi qtates u frieħ oħra li qed ifittxu familja li tadottahom.
Dawk interessati jistgħu jżuru x-xelter matul il-ġimgħa biex jiltaqgħu magħhom.
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
“Kienet Ġurnata Normali … Mort Għax-Xogħol, U Qatt Ma Rritornajt Lura D-Dar” – Adria Twins
Charlton Cefai
Illum
Ilbieraħ proprju f’Jum il-Ħaddiem, Adria Twins qasmu mas-segwaċi tagħom tislima lill-għażiż missierhom li sfortunatament ħalliena. Huma qalu, “Illum, f’Jum il-Ħaddiem, id-dinja tiċċelebra x-xogħol, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju. Għalina, dan il-jum iġorr piż ħafna iktar profond. Kienet ġurnata normali… mort għax-xogħol, u qatt ma rritornajt lura d-dar. Kien raġel li dejjem kien hemm, li ħadem b’imħabba, b’saħħa […]