Malta se tilqa’ waħda mill-aktar baned leġġendarji fl-istorja tal-mużika hekk kif l-ikoni tar rock Scorpions ser iġibu l-ispettaklu tagħhom ġewwa l-MFCC fis-16 ta’ Ġunju.
B’karriera li testendi fuq aktar minn ħames deċennji, Scorpions iffurmaw ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ fans tar-rock madwar id-dinja.
Minn diski ikoniċi li jitqiesu immortali, il-katalgu tagħhom jinkludi klassiċi bħal Wind of Change, Rock You Like a Hurricane, Still Loving You, No One Like You u Send Me an Angel, kanzunetti li saru parti mil-‘playlist’ globali tar rock.
Il-wirjiet live ta’ Scorpions huma magħrufa għall-qawwa tagħħom, il-preżenza dominanti fuq il-palk u l-konnessjoni unika mal-udjenzi.
B’aktar minn 100 miljun diska mibjugħa u prestazzjonijiet f’uħud mill-aktar venues prestiġjużi fid-dinja, Scorpions jibqgħu fost l-aktar baned influwenti u rispettati fl-istorja tar-rock.

Fis-16 ta’ Ġunju, din il-wirt mużikali jasal Malta. L-MFCC se jinbidel f’arena tar-rock fuq l-ikbar skala, fejn il-fans se jesperjenzaw produzzjoni spettakolari b’sistema ta’ ħoss ta’ livell internazzjonali, viżwali dinamiċi u l-enerġija distintiva li Scorpions biss jistgħu jwasslu.
Dan mhux sempliċement kunċert, iżda esperjenza unika li ser tikteb l-istorja tar-rock ġewwa Malta.
Il-biljetti jinbiegħu mill-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2026 fil-11:00 ta’ filgħodu minn fuq www.eventworks.mt/ scorpions flimkien ma’ dan ir-rilaxx.
Il-prezzijiet tal-biljetti huma kif ġej:
- General Standing : €75
- VIP Standing : €100
- General Seated : €80
- VIP Seated : €120
- Aċċessibiltà : €75 (Il-biljett validu għax-xerrej u għall-helper)
Facebook/ Scorpions