“Din Il-Ġimgħa Attendejt Għall-Aħħar Tislima Lil Missier U Iben… Żewġ Persuni Li Kienu Attivi Fir-Raħal Li Trabbew” – Jesmond Bonello

Jesmond bonello

Ilbieraħ u llum ingħatat tislima lill-missier u l-iben li ħallew din id-dinja fil-jiem li għaddew – Danjel Cuschieri u Steve Cuschieri.

“Din il-ġimgħa attendejt għall-aħħar tislima lil Missier u iben. Żewġ persuni li taw rispett u imħabba u dawn il-Jumejn irċievu lura dan ir-rispett u mħabba,” jikteb Jesmond Bonello f’post li ppubblika.

L-ammont ta’ nies li kienu hemm biex jagħtuhom tislima, urew ir-rispett u l-imaħabba li kienu jirċievu Danjel u Steve, speċjalment mir-raħal ta’ Birkirkara.

“Żewġ persuni li kienu attivi fir-raħal li trabbew b’attivizmu mad-Duke of Connaught’s Own Band Club, Birkirkara.”

Insellmu l-memorja tagħhom, u nżommu f’talbna u ħsibijietna lill-għeżież familjari tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI