Permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba u apprezzament fuq il-paġna tagħha, Josette Sciberras tawgura lill-maħbub tagħha l-kompożitur u mużiċist Dominic Galea f’jum għeluq sninu.
Hi kitbitlu, “Awguri f’jum għeluq snin l-imħabba ta’ ħajti. Inti d-dinja tiegħi, tfisser kollox għalija. Issebbaħli l-jum f’ġurnata xita. Grazzi għall-qalb tajba tiegħek, imħabba, u appoġġ xxx Kull ġurnata li tgħaddi, insir inħobbok iżjed. Nitlob lil Alla biex ikompli jżomm idejh fuqek, il-ġgant ġentili tiegħi.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti t’awgurju mingħand persuni li b’xi mod jew ieħor, Mro. Dominic Galea missilhom qalbhom.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ mal-familjari u ħbieb għeżież tiegħu!
Facebook / Josette Sciberras