Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur Malti Charles Grech li mingħajr dubju jibqa’ magħruf l-iżjed għas-sehem tiegħu fis-sensiela Klassi Għalina fejn kien għamel il-parti ta’ dak l-istudent li dejjem jidħol fil-klassi preċiż fis-sebgħa u kwart dejjem b’xi kostum differenti.
Aktarx li dalwaqt ukoll naraw ir-ritorn tiegħu hekk kif bħalissa t-tim ta’ Klassi Għalina qed jaħdem fuq film ġdid kif ukoll serje ġdida li żgur bosta qed jistennew bil-ħerqa.
F’għeluq sninu fost oħrajn awguralu l-isbaħ xewqat it-tim tal-produzzjoni ta’ Klassi Għalina.
Facebook / Klassi Għalina