Mid-Djarju tat-Timba kitbu dwar l-istennija li jkollna xita qawwija llum, iżda jidher li ma ġarax eżatt kif ġie mbassar. Il-paġna ssemmi dwar iċ-ċans li dan jiġri għada.
Huma jiktbu, “Għad baqa’ ċans tajjeb għax dieħel sħab tax-xita fuqna, nittamaw. Li nista’ ngħid li hemm ċans ta’ xita għada kmieni filgħodu, aktarx inkun għadni rieqed imma għal dawk li joħorġu għax-xogħol kmieni jkunu jafu.”
Ikomplu, “Dwar it temp ta’ għada nitkelmu imma aktarx bix-xita wkoll. Riħ għal-lejla mistenni jdur lejn il-majistral għal ftit qawwi Forza4/5.”
Mistenni li jiksaħ aktar għada, bit-temperatura tinżel sa 10°C. X’se jkollna tgħid għada?