Tliet Xhur ’Il Bogħod Mid-Dar – Il-Battalja ta’ Noel Kontra l-Marda U S-Sapport ta’ Puttinu Cares

Puttinu Cares

Għal ħafna familji Maltin li jkollhom jaffaċċjaw mard serju, il-vjaġġ lejn kura barra minn Malta jkun wieħed mimli sfidi, inċertezza u emozzjonijiet qawwija. Dan kien il-każ ta’ Noel u martu Michelle, li qattgħu tliet xhur ’il bogħod minn darhom waqt li Noel kien qed jiġġieled waħda mill-aktar battalji diffiċli ta’ ħajtu.

Noel kien qed jirċievi kura fir-Royal Marsden Hospital f’Sutton, fir-Renju Unit, fejn għadda minn proċedura delikata ta’ stem cell transplant. Din il-kura hija waħda intensiva u diffiċli, u ħafna drabi tkun parti kruċjali mill-ġlieda kontra mard serju.

Matul dan il-perjodu diffiċli, Noel u Michelle sabu kenn fl-appartamenti ta’ Martin Court f’Sutton, li huma pprovduti mill-organizzazzjoni Maltija Puttinu Cares. Dawn l-appartamenti huma maħsuba apposta biex joffru akkomodazzjoni lill-pazjenti Maltin u lill-familji tagħhom waqt li jkunu qed jirċievu kura fl-isptarijiet tar-Renju Unit.



Li tkun ’il bogħod mid-dar għal perjodu twil, speċjalment waqt sitwazzjoni medika serja, qatt mhu faċli. Il-ġranet jistgħu jidhru twal, u l-inċertezza dwar il-futur tista’ tkun tqila ħafna fuq il-pazjent u l-familja tiegħu. F’dawn il-mumenti, li jkollok post sigur fejn toqgħod qrib l-isptar jista’ jagħmel differenza kbira.



Michelle qasmet kemm hi u Noel huma immens grati għall-appoġġ, il-kura u l-qalb tajba li Puttinu Cares joffri lill-pazjenti Maltin u lill-qraba tagħhom. Skontha, is-sapport li jirċievu jagħmilhom iħossuhom mhux waħedhom f’mument tant delikat ta’ ħajjithom.

Il-missjoni ta’ Puttinu Cares tibqa’ waħda ċara, li tkun ta’ sostenn għall-familji Maltin li jkollhom jaffaċċjaw l-ikbar sfidi tas-saħħa tagħhom għax meta familja tkun għaddejja mill-akbar battalja ta’ ħajjitha, l-aħħar ħaġa li għandha tħoss hi li tinsab waħedha.



Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI