Iftaħ Darek, Iftaħ Qalbek – L-Esperjenza Sabiħa Li Tospita Studenti Barranin Ma’ EF Malta

Malta hija magħrufa għall-baħar, ix-xemx u n-nies tagħha li dejjem lesti li jilqgħu u jgħinu b’idejn miftuħa. F’dawn l-aħħar snin, pajjiżna sar ukoll post popolari ħafna għall-istudenti barranin li jiġu jitgħallmu jew itejbu l-Ingliż. Imma li tilqa’ student mhijiex biss xi ħaġa prattika, hija esperjenza sabiħa li ġġib ħafna ferħ u tagħlim ġdid.

EF twaqqfet fl-1965 u llum għandha preżenza globali f’aktar minn 100 pajjiż. Minn meta, EF International Language School fetħet f’Malta fl-1996, eluf ta’ studenti minn madwar id-dinja ġew hawn biex jitgħallmu l-Ingliż u jesperjenzaw il-ħajja Maltija. Hawn Malta, EF toffri progammi matul is-sena kollha għall-istudenti ta’ 16-il sena ‘l fuq u kampijiet tas-sajf għal dawk ta’ 12-16-il sena, f’ambjent sigur, kreattiv u edukattiv.

Meta tilqa’ student barrani, tkun qed tiftaħ darek għal kultura ġdida. Tiskopri ikel differenti, drawwiet ġodda u stejjer interessanti. U fl-istess ħin, l-istudent jitgħallem dwar il-mod kif ngħixu aħna, l-ghaqda tal-familja u l-mod sempliċi ta’ ħajja. Ħafna drabi, dan l-iskambju jsir ħbiberija li tibqa’ anke wara li l-istudent jirritorna lura f’pajjizu.

Ma’ EF Malta, il-familji li jospitaw igawdu minn ħlas kull ġimgħa, flimkien ma’ attivitajiet, premjijiet u vantaġġi li jagħmlu l-esperjenza iktar divertenti u gratifikanti. Bħala host, tkun parti minn komunità sabiħa ta’ familji li jappoġġjaw lil xulxin u jaqsmu l-istess esperjenza pożittiva. Imma l-benefiċċju ewlieni huwa l-enerġija u l-ħajja ġdida li l-istudent iġib miegħu. Huwa sabiħ tara xi ħadd żagħżugħ jitgħallem, jidra u jgawdi minn dak li Malta għandha x’toffri.

Ħafna studenti jiġu hawn biex jitgħallmu l-Ingliż, iżda ħafna drabi anke l-familji jitgħallmu xi ħaġa ġdida. Tista’ titgħallem xi kliem barrani, jew sempliċement tifhem aħjar kulturi oħra. Għat-tfal, din hija esperjenza edukattiva tassew sabiħa, tgħinhom ikunu aktar miftuħa u kurjużi dwar il-kumplament tad-dinja x’għandha x’toffri.

Ħafna familji jgħidu li li tospita student huwa wieħed mill-affarijiet l-aktar sodisfaċenti li qatt għamlu. Li tara student jiftaħ qalbu, jintegra u jħossu komdu f’darek, iġib sens ta’ sodisfazzjon kbir. U ħafna drabi, il-ħbiberiji jibqgħu għaddejjin, xi drabi l-familji Maltin jiġu mistiedna jżuru lill-istudenti f’pajjiżhom, bhala sens ta apprezzament u ħbiberija.

Meta tospita student barrani, tkun qed turi x’jagħmel lil Malta speċjali; l-għaqda, il-ġenerożità u s-sens ta’ merħba li jħoss kull min jiġi hawn. Hija esperjenza li tagħmel differenza, kemm għall-istudent, kif ukoll ghalik.

Trid tkun parti minn din l-esperjenza? Ingħaqad ma’ EF Malta illum u skopri kemm esperjenza waħda tista’ tbiddel ħajja – inkluża tiegħek! Agħfas HAWN.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI