Illum huwa għeluq snin Francesca Valletta u f’isem it-tifla għażiża tagħha, r-raġel Ishmael kiteb messaġġ veru ħelu.
“Illum hija ġurnata speċjali ħafna, għax hija l-ġurnata li fiha twieldet l-aktar omm tal-għaġeb fid-dinja,” hu kiteb f’isem it-tifla. “Għalkemm għandi biss 8 xhur u għadni żgħira ħafna, diġà naf kemm jien fortunata li għandi lilek.”
“Għal 9 xhur ġarrejtni fis-sigurtà ta’ żaqqek, ħadt ħsiebi, ipproteġejtni, u stennejt bil-paċenzja biex tiltaqa’ miegħi. Anke meta kont għajjiena, skomda, jew inkwetata, xorta għamilt dak kollu li stajt biex tiżgura li kont b’saħħtek u fis-sigurtà. Daqshekk kont diġà tħobbni qabel ma twelidt.”
“Meta fl-aħħar ġejt fid-dinja, kont l-ewwel persuna li żammitni, farrġitni, u wrejtni kif tħoss l-imħabba. Jien tant fortunata li mill-ommijiet kollha fid-dinja, int tiegħi. Awguri għal Għeluq Sninek Mamà. Inħobbok għal dejjem.”
Facebook / Ishmael Valletta