Matul dawn il-jumejn, il-kundizzjonijiet tat-temp ippermettew sabiex il-vulkan Etna jintlemaħ minn postijiet differenti f’pajjiżna.
Fost dawk li rnexxielhom jilmħu din il-veduta li mhux soltu naraw f’pajjiżna kien hemm il-fotografu Daniel Cilia li saħansitra rnexxielu jiġbed ritratt impressjonanti mill-irdumijiet tal-Munxar.
Fuq il-paġna soċjali tiegħu, Daniel fisser kif irnexxielu jiġbed dan ir-ritratt fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. F’iżjed dettall spjega kif ir-ritratt, apparti li juri l-vulkan Etna, fih jidher ukoll it-Torri ta’ San Tumas li kien inbena eluf ta’ snin ilu, preċiżament fl-1614.
Facebook / Daniel Cilia