“It-Temp Illum Huwa Xemxi U Sħun” – It-Temp Madwarna

Il-paġna It-Temp Madwarna ppubblikat aġġornament tat-temp għal dalgħodu. Jidher li ħarġet ġurnata sabiħa u kemmxejn sajfija.

Fuq il-paġna kitbu, “It-temp illum xemxi u sħun. Ir-riħ ħafif (forza 2-3) u varjabbli, l-aktar mil-Lbiċ (SW). Il-baħar ġeneralment ħafif. L-ogħla temperatura llum hi ta’ 27°C; l-inqas illejla: 15°C.”

Żiedu jispjegaw li se tkun tinħass l-ogħla bħala 29°C u l-inqas 13°C filwaqt li l-indiċi UV huwa 7.



Ippubblikaw ukoll ritratt il-ġmiel tiegħu. Dwaru spjegaw, “Ritratt tas-salini tal-melħ miġbud riċentement mix-Xwejni fil-limiti taż-Żebbuġ f’Għawdex, grazzi għal Damian Cassar.”



Nirringrazzjaw lil paġna għal dan l-aġġornament u nittamaw li jibqgħu joħorġu dawn il-ġranet sbieħ.



Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI