“Awguri Mill-Qalb Għall-41 Anniversarju Taż-Żwieġ Lil Żewġ Persuni Speċjali Ħafna F’Ħajti… Dawk Li Tawni L-Ħajja” – Fabian Galea

Fabian Galea

Il-kantant lokali Fabian Galea kiteb messaġġ biex jawgura lill-għeżież ġenituri tiegħu li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ. 41 sena ilu huma qalu s-signor si, u Fabian jesprimi kemm hu kburi bihom.

“Awguri mill-Qalb għall-41 Anniversarju taż-Żwieġ lil żewġ persuni speċjali ħafna f’ħajti… dawk li tawni l-ħajja, li kienu dejjem hemm għalija sa mill-ewwel nifs ta’ ħajti u li flimkien rabbewni b’imħabba u b’għożża liema bħalha – kienu hemm għalija f’kull mument, fil-ferħ u fin-niket, kull meta għotort u anke kull meta ċċelebrajt xi suċċess!’

Fabian ikompli, “Għeżież Ma u Pa, intom dawk li sawwartuni fir-raġel li jien illum, li għallimtuni x’inhi l-imħabba vera, l-importanza tal-familja fuq kollox u qabel kollox, l-onestà, is-sens ta’ responsabbiltà, l-integrita’, il-lealta, l-altruwiżmu u l-valur li ngħix ħajti bl-aqwa mod possibli – u mhux sempliċement neżisti!”

Qasam anke żewġ ritratti meħudin f’din il-ġurnata speċjali. Awguri mill-qalb!







Ritratti:

Facebook/ Fabian Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI