Illum Niċċelebraw Il-Jum Dinji Tal-Emofilja – Kundizzjoni Rari Li Taffettwa D-Demm Tagħna

Kull sena fis-17 ta’ April jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-Emofilja, jum importanti bl-għan li jqajjem aktar kuxjenza dwar din il-kundizzjoni rari li taffettwa d-demm tal-individwu.

L-emofilja hija kundizzjoni fejn id-demm ma jieqafx faċilment meta persuna tweġġa’. Dan ifisser li anke ferita żgħira tista’ tieħu aktar ħin biex tfiq u xi drabi jkun hemm bżonn aktar attenzjoni u kura.



Min jgħix b’din il-kundizzjoni mhux biss irid joqgħod attent aktar fil-ħajja ta’ kuljum, imma spiss ikollu bżonn kura medika regolari. Minkejja dan, ħafna nies bl-emofilja jgħixu ħajja normali grazzi għat-trattamenti u l-appoġġ li jirċievu.



Dan il-jum ifakkarna kemm hu importanti li nkunu aktar konxji u nifhmu aħjar x’jgħaddu minnu dawn il-persuni. Juri wkoll kemm donazzjonijiet, speċjalment tad-demm, jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta’ dawn il-persuni.



Ritratti:

Facebook/ Blood Donation Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI