L-MEP Daniel Attard illum qed jiċċelebra jum għeluq sninu. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, il-ħabiba u kollega tiegħu Dr. Francesca Zarb awguratlu f’din il-ġurnata speċjali.
Hi kitbitlu, “Awguri mill-qalb lill-kollega u ħabib tiegħi Daniel Attard f’għeluq sninu. Nawguralek ġurnata sabiħa. Ninsab ċerta li bid-dedikazzjoni, serjeta`u mħabba lejn Malta u Għawdex, ser tkompli tagħmel differenza pożittiva. Awguri f’għeluq sninek!”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti t’awgurju mingħand diversi Maltin, u kif ukoll messaġġ mingħand Daniel Attard jirringrazzjaha ta’ dan il-messaġġ sabiħ.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu f’jum għeluq sninu u nisperaw li jkollu ġurnata mill-aqwa flimkien mal-għeżież familjari u ħbieb tiegħu. Xewqat sbieħ!
Facebook / Dr. Francesca Zarb