“Kien Propju Bħal-Lum 48 Sena Ilu Li Ħallejtna Ma” – L-Attur Mario Micallef Ifakkar Lil Ommu

L-attur Mario Micallef kiteb messaġġ ta’ mħabba u niket fuq il-paġna tiegħu, biex ifakkar il-memorja tal-għażiża ommu li llum għalqet 48 sena minn mindu ħalliet din id-dinja.

Hu kitibilha, “Tassew, kif itir iż-żmien hux? Kien propju bħal-lum 48 sena ilu li ħallejtna ma. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, jien u ħuti qatt ma nsejniek u qatt mhu se ninsewk. Dejjem tibqa’ f’qalbna u f’talbna. Kompli strieħ fis-sliem għażiża u ibqa’ ħu ħsiebna minn ħdejn il-Mulej.”

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat ikkummentat fuq dan il-messaġġ, “Tistrieħ fis-sliem l-għażiża mama… qatt ma tista’ tinsa lil dawk li tawna tant imħabba kbira u tant sagrifiċċji.

Il-memorja tagħha tibqa’ f’qalbna għal dejjem. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.







Ritratti:

Facebook / Mario Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI