Bħal-Lum Sentejn Malta Tfakkar Lil Sammy Nicholl – Isem Li Baqa’ Jgħix Fil-Futbol Malti

Illum, 18 ta’ April, jgħaddu sentejn minn meta ħalliena Sammy Nicholl – isem magħruf sew fid-dinja tal-futbol Malti u persuna li ħalliet timbru kbir.

Sammy kien magħruf mhux biss għax-xogħol tiegħu fil-futbol, iżda wkoll għall-passjoni, id-dedikazzjoni u l-imħabba kbira li kellu lejn l-isport. Matul is-snin, kien figura rispettata kemm fuq il-grawnd kif ukoll barra minnu u bosta jiftakruh bħala bniedem ċajtier u  ta’ qalb kbira.

Il-mewt tiegħu ħalliet vojt kbir fil-komunità sportiva Maltija, b’ħafna nies jesprimu s-sogħba tagħhom u jfakkru fil-mumenti sbieħ li qasmu miegħu. Anke llum, sentejn wara, ismu jibqa’ jissemmà b’għożża u rispett.

Mumenti bħal dawn ifakkruna kemm hu importanti napprezzaw lil dawk li jagħmlu differenza f’ħajjitna u fil-komunità tagħna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI