Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, sab ritratt antik li ġab miegħu memorji sbieħ ta’ nostalġija. Hu ppubblika dan ir-ritratt fuq il-paġna tiegħu u spjega xi jħoss. Fir-ritratt jidhru hu u ħuh, dak iż-żmien subien ċkejknin, jiġru wara xulxin, flimkien ma’ kelb abjad gustuż jiġri warajhom ukoll.
Hu kiteb, “Ġie f’idi dan ir-ritratt, 1991, x’memorji sbieħ. Jien u ħija Wayne, il-baħar mal-familja, mumenti sempliċi iżda mimlijin imħabba u hena. Żmien ħelu li jibqa’ jgħix għal dejjem.”
Ritratti bħal dawn ifakkruna fis-sempliċita` tal-ħajja xi ftit tas-snin ilu, u kemm hi differenti l-ħajja tal-lum. Iġiegħluna napprezzaw it-tfulija tagħna u kemm jitgerbu malajr is-snin.
Facebook / Olaf Mckay