“Strieħ Fis-Sliem Għażiża Ommi. Daqshekk Batejt” – Is-Surmast U Kantant David Joseph Sammut

Is-surmast u kantant David Joseph Sammut ħabbar il-mewt tal-għażiża ommu, kif ukoll id-data tal-funeral.

Hu kiteb fuq il-paġna tiegħu, “Strieħ fis-sliem għażiża ommi. Daqshekk batejt, issa strieħ qalbi. Il-Funeral nhar it-tnejn fis 14.00 pm fil knisja parrokkjali tal-Fgura.”

Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti ta’ kondoljanzi sinċiera mingħand persuni li kienu jafu lil omm David personalment, fosthom persuna li spjegat li ommu kienet ħabiba tal-qalb tagħha, u persuna ġenwinament ta’ qalb tajba.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtuh il-kondoljanzi tagħna f’dan iż-żmien tant diffiċli. Inżommu lill-għażiża ommu fit-talb tagħna. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-missier.





Ritratti:

Facebook / David Joseph Sammut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI