“24 Sena Ta’ Mħabba, Daħk, Sfidi U Memorji” – Adrian Saliba Lil Martu Evelyn

Fuq il-midja soċjali, Adrian Saliba qasam messaġġ emozzjonanti f’okkażjoni speċjali ħafna, l-24 anniversarju taż-żwieġ tiegħu ma’ Evelyn Saliba La Rosa.

F’din il-ġurnata importanti, Adrian fakkar il-vjaġġ sabiħ li għaddew flimkien tul dawn is-snin kollha. Huwa ddeskriva dawn l-24 sena bħala mimlija mħabba, daħk, sfidi u memorji li ma jbiddilhom ma’ xejn fid-dinja. Fi kliemu, Evelyn kienet dejjem is-sieħba tiegħu, is-saħħa tiegħu u l-akbar barka f’ħajtu.



Adrian irringrazzja lil martu talli dejjem kienet hemm għalih u għal Jamie, u għaliex dejjem emmnet fihom u fil-ħajja li bnew flimkien. Il-messaġġ tiegħu kien riflessjoni sinċiera ta’ gratitudni u apprezzament lejn ir-relazzjoni soda li rnexxielhom jibnu matul is-snin.



Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi ħares ‘il quddiem lejn il-futur, u esprima x-xewqa li jkomplu jaqsmu aktar mumenti flimkien. “Hawn għal dak kollu li qsamna u għal dak kollu li għad irid jiġi. L-anniversarju t-tajjeb, imħabbti,” kiteb Adrian.

Messaġġ li bla dubju mess lil ħafna, u li jfakkarna fil-valur ta’ mħabba li ddum u tikber maż-żmien.



Ritratti:

Facebook / Adrian Saliba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI